“Aħna nemmnu fl-id Maltija, nemmnu fil-kreattività u nemmnu fl-arti Maltija. U għalhekk se nkomplu nimbottaw sabiex il-frott tal-proġett tal-Crafts Village joħroġ verament.”
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech waqt żjara li għamel fil-Crafts Village f’Ta’ Qali, bil-għan li jkompli jisma’ dak li verament għandhom bżonn l-imprendituri Maltin li jaħdmu fl-artiġġjanat, sabiex isaħħu n-negozju tagħhom.
Bosta sidien esprimew it-tħassib tagħhom għall-fatt li l-business tagħhom qed jaffaċċja diffikultajiet kbar minħabba li l-Gvern għadu ma lestiex il-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-Crafts Village.
Is-sidien tkellmu mal-Kap tal-PN Bernard Grech u spjegaw kif it-toroq tal-Crafts Village ħadu xejra totalment differenti minn dak li jaf il-poplu Malti u Għawdxi – għaliex issa lanqas għadek tara ruħ barra.
Intant, Bernard Grech tenna li l-PN jemmen fl-imprendituri, l-arti u l-id Maltija. U għaldaqstant PN fil-Gvern se jkun qed jikkometti ruħu li l-proġett tal-Crafts Village jipproduċi l-frott għall-imprendituri.
Għal din iż-żjara, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-whip tal-PN Robert Cutajar u mid-deputat Charles Azzopardi.
//= $special ?>