Sport

Ikompli t-Tour ta’ Spanja

Ritratt: EPA


It-Tour ta’ Spanja La Vuelta tkompla bis-17-il stadju li kien fuq medda ta’ 141.5 kilometri minn Monumento Juan de Castillo Arnuero sa Santander.

Kaden Groves tal-Awstralja għal Alpecin rebaħ bi sprint fi 3 sigħat, 32 minuta u 14-il sekonda. Bl-istess ħin wara Groves temmew Pavel Bittner tar-Repubblika Ceka għal Team DSM Firmenich Post, u l-Belġjan Vito Braet għal Intermarche’ Wanty.

Fil-klassifika ġenerali fl-ewwel post l-Awstraljan Ben O’Connor għal Decatlon AG2R La Mondiale Team  b’68 siegħa, 41 minuta u 10 sekondi b’vantaġġ minimu ta’ 5 sekondi fuq is-Sloven Primoz Roglic għal Red Bull Bora Hansgrohe, u distakk ta’ minuta u 25 sekonda fuq Enric Mas ta’ Spanja għal Movistar Team.

L-istadju li jmiss huwa fuq distanza ta’ 141.5 kilometri bejn Vitoria Gasteiz għal Maetzu Parque Natural de Izki.