Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn tractor waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-għalqa

Raġel ta’ 45 sena residenti x-Xagħra, Għawdex, weġġa’ gravi wara inċidenti f’għalqa, fil-limiti ta’ Marsalforn.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tad-9.30.

Il-Pulizija ġiet infurmata li kien iddaħħal raġel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex bl-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel intlaqat minn tractor waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-għalqa.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ