Raġel ta’ 69 sena minn Ħal Qormi ammetta li kiser ordni ta’ protezzjoni wara li mill-ġdid insulenta u hedded koppja li huma ġirien tiegħu. George Muscat tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fejn dan kien diġà tressaq darb’oħra quddiem il-Qorti wara li allegatament kellu xi jgħid mal-ġirien.
Hu mifhum li meta l-akkużat ikun konxju li l-ġirien tiegħu qegħdin id-dar, jibda jgħajjarhom, u jheddihom. Ingħad ukoll li darba minnhom beda jheddidhom li għandu sikkina żgħira d-dar. Il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li se tagħti s-sentenza wara li jitħejja pre-sentencing report mill-uffiċjal tal-probation.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament sabiex l-imputat jegħleb il-vizzju tal-alkoħol kif ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi. Intant id-difiża talbet għal ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba u qalet li trid tassigura ruħha li r-raġel jirrispondi pożittivament għal ordni tat-trattament.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Doriette Cushieri. Għall-akkużat deher l-Avukat Adriano Spiteri. Għall-vittma dehret l-Avukat Michaela Giglio.
//= $special ?>