Internazzjonali

Konferma li tnejn mill-vittmi tas-super yacht li għereq ħdejn Sqallija mietu fgati

Ritratt: Sky News

Konfermata li mhux il-vittmi kollha mietu mgħarrqa wara t-traġedja fejn għereq super yacht ‘il barra minn Palermo matul ix-xahar li għadda, hekk kif rapporti internazzzjonali qalu li l-bankier Jonathan Bloomer flimkien ma’ martu Judy Bloomer mietu fgati.

Għaldaqstant, il-prosekuturi Taljani poġġew lill-Kaptan tas-super yacht flimkien ma’ żewġ membri tal-ekwipaġġ taħt investigazzjoni b’rabta ma’ qtil involontarju.

Mill-awtopsja fuq il-koppja Bloomer ġie żvelat kif sakemm kienet qed tegħreq id-dgħajsa huma mietu fgati wara li ma nstab l-ebda ilma fil-pulmun. Apparti minn hekk, l-għaddasa kienu qalu kif sabu lill-koppja fuq in-naħa tax-xellug tal-kabina bl-investigaturi jemmnu li l-koppja kienu qed ifittxu l-aħħar ftit ‘air pockets’.

Il-koppja Bloomer kienu fuq id-dgħajsa man-negozjant Mark Lynch hekk kif kien qed jiċċelebra li nħeles minn akkużi b’rabta ma’ frodi, iżda sfortunatament din iċ-ċelebrazzjoni spiċċat fi traġedja hekk kif d-dgħajsa nħakmet minn maltemp estrem.

Intant, rapporti qalu li matul il-jum tal-Ġimgħa se ssir l-awtopsja ta’ Mark Lynch kif ukoll ta’ bintu li tilfet ħajjitha f’din it-traġedja fl-età ta’ 18-il sena.