Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, ma laqgħetx talba tal-Avukat Ġenerali biex tbiddel sentenza li ngħata żagħżugħ ta’ 18-il sena li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla ta’ 14-il sena li ħarġet tqila u kellha tarbija.
Huwa kien mixli li bejn April 2019 u Ġunju 2020 ikkorrompa lit-tfajla, li pparteċipa f’attivitajiet sesswali magħha, li beżżagħha u li ħebb għaliha u dan biex jinġurjaha. Fit-13 ta’ Mejju li għadda huwa nstab ħati biss tal-ewwel żewġ akkużi u kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali appella skont, hu għall-ġid tal-akkużat, fejn qal li ma kienx qed jitlob piena ta’ priġunerija effettiva jew waħda sospiża imma ordni ta’ probation sabiex tgħin lill-ġuvni fir-riabilitazzjoni tiegħu.
Wara li sema’ s-sottomissjonijiet tal-partijiet, l-Imħallef Neville Camilleri rrimarka li għalkemm il-ġuvni m’għandux fedina penali kompletament nadifa, lanqas mhija waħda allarmanti. Qal li ma jara ebda raġuni għala għandu jibdel il-piena mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati u kkonferma s-sentenza mogħtija f’Mejju li għadda.
//= $special ?>