Futbol Sport

Mil-lum jingħata bidu għall-UEFA Nations League

Mil-lum jingħata bidu għall-ewwel partiti tal-UEFA Nations League. Din se tkun it-tielet edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni li matul is-snin qed tkompli tikber, kompetizzjoni li l-ħsieb oriġinali tagħha kien li tieħu post il-partiti internazzjonali ta’ ħbiberija.

Jispikka n-nuqqa tal-Ingilterra minn League A li fl-aħħar edizzjoni kienu ġew relegati għal-League B. F’League A bosta nazzjonijiet b’saħħithom fejn fi Grupp 2, l-Italja se jkunu qed jilagħbu kontra Franza u l-Belġju fost l-oħrajn. Minn naħa l-oħra fi Grupp 3, il-Ġermanja u l-Olanda jinsabu fl-istess grupp.

L-Ingilterra se jkunu qed jilagħbu f’League B Grupp 2, flimkien mal-Finlandja, il-Greċja u l-Irlanda.

Malta min-naħa l-oħra qed jittamaw li jiksbu promozzjoni storika hekk kif se jilagħbu f’League D Grupp 2, flimkien mal-Moldova u Andorra.

View Post