Lokali

Omm ta’ 35 sena hi r-rebbieħa tal-Konkors Mrs Malta 2024

Omm ta’ 35 sena mill-Gudja, miżżewġa u omm ta’ żewġt itfal, hija r-rebbieħa tal-ħdax-il edizzjoni tal-Konkors Mrs Malta 2024, organizzat minn Ivan Gaffiero. Ikklassifikaw fit-tieni u t-tielet post Mrs Żebbuġ u Mrs B’Kara. 

Għal Tyrone Abela Scibberras  ta’ 37 sena minn Ħaż-Żabbar, żgur se tibqa’ wkoll memorja mill-isbaħ meta rebaħ il-konkors Mr Malta 2024. Fit-tieni u t-tielet post ikklassifikaw Mr Marsascala u Mr Safi. 

Amy Magri, tfajla simpatika ta’ 15-il sena min-Naxxar, rebħet it-titlu ta’ Miss Teen Maltese Beauty, bit-tieni u t-tielet post imur għal Ħal Qormi u Rabat. Tfajla mill-Isla, Hayley Ghiller, irċeviet it-titlu prestiġjuż ta’ Miss Maltese Beauty 2024. Kienu ppremjati wkoll in-Naxxar u Tal-Pietà.

Kien hemm katagorija wkoll ta’ tfal fejn Faith Micallef Galea ta’ 7 snin minn Ħal Għaxaq, rebħet it-titlu ta’ Little Miss of Malta u Chrizaya Attard ta’ ghaxar snin mill-Belt Valletta, ħadet il-Junior Miss Malta 2024.

Fis-serata wieħed seta’ jara diversi kostumi sbieħ Maltin kif ukoll il-mudelli bil-malji b’kuluri aħmar. 

Waqt din is-serata gie pprezzentat ċekk ta’ €5,000 ghall-Fondazzjoni Dr Clown, flus li nġabru mill-kontestanti stess.

Għal dan il-konkors ħadu sehem 55 kontestanti.