Sport

Rebbieħa tal-ewwel Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association

Donna Bugeja hija r-rebbieħa tal-ewwel Ranking Tournament femminili organizzat mill-Malta Pool Association.  F’finali mill-aktar eccitanti, Bugeja għelbet lil Roberta Cutajar bl-iskor ta’ 6-5 biex grazzi għal din ir-rebħa kisbet post fit-tim nazzjonali tan-nisa li ser jirrappreżenta lil Malta fil-kampjonati Ewropej li ser isiru f’ pajjizna bejn it-8 u l-14 ta’ Frar li gej.

Issa jintlagħbu l-finali ta’ żewġ kategoriji oħra, dik tal-Over 50’s bejn Joe Camilleri u Christ Mills filwaqt fil-kategorija Over 60’s jiltaqgħu Tonio Mifsud u Joe Camilleri.

Il-Ġmgha jasal fi tmiem tiegħu dan it-tieni serje ta’ ranking tournaments bil-finali tal-kategoriji tal-irgiel, Under 18’s u Under 23’s.