Lokali

Suċċess fl-Italja għal Grupp ta’ Maltin fil-konkors Perla d’Italia

Grupp ta’ Maltin kisbu suċċess enormi f’konkors ta’ sbuħija u talent fl-Italja.

Dan hekk kif taħt id-direzzjoni ta’ Francesca Maroni u Marizio Ciccioli ġie organizzat il-‘Perla d’Italia’ f’Palinuro, provinċja ta’ Salerno.

Katrina Bonici kisbet l-ewwel post fis-sezzjoni tal-Mascot. Bl-ewwel post jinkiseb ukoll minn Jeanelle Spiteri fis-sezzjoni Miss.

Suċċessu ukoll għal Kailey Brincat u Amber Zammit Spiteri li kisbu l-ewwel u t-tielet post rispettivament fis-sezzjoni junior.

Intant, fis-sezzjoni teen, Leon Alamango kiseb it-tieni post filwaqt li fis-sezzjoni Gold, Carmen Abela kklassifikat fir-raba’ post.