Futbol Sport

Telfa għat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena

It-tim Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Ivan Woods, sofra telfa ta’ 4-1 kontra l-Kazakhstan f’partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2025 ta’ taħt il-21 sena.

Ivan Sviridov poġġa lil Kazakhstan fil-vantaġġ wara 28 minuta. Fit-tieni taqsima l-Kazakhstan komplew ikabbru l-iskor permezz ta’ Aybar Abdulla. Iż-żgħażagħ Maltin naqsu l-iskor fil-71 minuta permezz ta’ penalty ta’ Andrea Zammit. Sfortunatament, it-tim Malti safa jilgħab bi plejer anqas meta tkeċċa Kurt Bondin.

Il-Kazakhstan approfittaw minn dan u kien Ivan Sviridov li għamel l-iskor 3-1 qabel ma’ Adilbek Zhumakhanov, permezz ta’ penalty, għamel l-iskor finali 4-1. It-tim Malti jkun involut f’partita oħra mill-istess kompetizzjoni nhar it-Tlieta fis-6.30pm, meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilagħbu kontra l-Iskozja.