Internazzjonali

IL-KENJA: Jinqatlu 17-il student wara nirien f’dormitorju

Mill-inqas 17-il student inqatlu wara nirien f’dormitorju ta’ skola fil-Kenja.

In-numru ta’ mejta jista’ jiżdied, dan wara li mill-inqas 13-il student inħarqu serjament u qegħdin fil-periklu tal-mewt.

Il-kawża tan-nar li beda l-Ħamis bil-lejl fid-dormitorju ta’ Hillside Endarasha, fil-Kenya, għadha qed tiġi investigata.

F’post fuq il-midja soċjali, il-President William Ruto appella lill-awtoritajiet biex jinvestigaw bir-reqqa dan l-inċident orribbli sabiex dawk responsabbli jpattu qares ta’ għemilhom.