Sport

Is-sewwieq Duncan Micallef jinsab quddiem nett fil-Euro Finals fir-Renju Unit

F’dawn il-jiem sal-Ħadd 8 ta’ Settembru, is-sewwieq Top Fuel Dragster Duncan Micallef jinsab f’Santa Pod Race, fir-Renju Unit, biex jieħu sehem fil-Euro Finals, il-ħames u l-aħħar tellieqa tal-FIA European Drag Racing Championship. Micallef ilu fil-quċċata ta’ dan il-kampjonat mill-bidu u kiseb xi ħaġa notevoli. Huwa kiser żewġ rekords, l-aqwa ħin personali tiegħu u l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa.

Micallef kien spettakolari fit-tielet round ix-xahar li għadda, f’Tierp Arena, fl-Iżvezja. Huwa kisser ir-rekord tiegħu u waqqaf rekord Ewropew ġdid. B’rekord personali ta’ 3.79 sekondi u rekord Ewropew ta’ veloċità ta’ 321.4MPH, Micallef għadu fil-quċċata tal-FIA European Drag Racing Championship b’227 punt, segwit minn Susanne Callin tal-Iżvezja b’192 punt, u Jndia Erbacher tal-Iżvizzera b’168 punt.

Intant, iben Duncan, Jacob Micallef, jinsab ukoll fir-Renju Unit, biex jieħu sehem fil-ħames u l-aħħar Round tal-Euro Series 2024, Champions of the Future, fil-PF International Karting Circuit, l-akbar ċirkwit tal-karting fir-Renju Unit.

Duncan Micallef