Sport

Lejn it-tmiem tal-Logħob Paralimpiku f’Pariġi

Ritratt: EPA

Meta ninsabu lejn it-tmiem tal-Logħob Paralimpiku f’Pariġi, il-Ġermaniż Markus Rehm rebaħ il-medalja tad-deheb fil-long jump tal-irġiel T64 meta qabeż 8.13 metri filwaqt li fit-tieni post b’ 7.79 metri Derek Loccident tal-Istati Uniti b’Jarryd Wallace tal-Istati Uniti b’7.49 metri.

Shi Yiting taċ-Ċina rebħet il-medalja tad-deheb u għamlet rekord Paralimpiku ġdid fil-100m T36 tan-nisa bi 13.39 sekonti. Danielle Aitchison ta’ New Zealand kisbet il-medalja tal-fidda filwaqt li l-Brażiljana Veronica Hipolito rebħet dik tal-bronż bi 13.43 sekondi u 14.24 sekondi rispettivament.

Samantha Kinghorn tar-Renju Unit rebħet il-medalja tad-deheb u għamlet rekord Paralimpiku ġdid fil-100m T53 tan-nisa bi 15.64 sekondi qabel Catherine Debrunner tal-Iżvizzera bi 15.77 sekondi, u Fang Gao tac-Cina b’16.16 sekondi.

Il-Belġjana Lea Bayekula rebħet il-medalja tad-deheb u rekord Paralimpiku ġdid fil-100m tan-nisa T54 fi 15.50 sekondi qabel Tatyana McFadden tal-Istati Uniti bi 15.67 sekondi u Amanda Kotaja tal-Fillandja bi 15.77 sekondi.

Vladimir Sviridov mill-grupp ta’ Atleti Paralimpiċi newtrali rebaħ il-medalja tad-deheb b’rekord dinji ġdid fix-shot put tal-irġiel F36 bi 17.18 metri, filwaqt li mill-istess grupp Alan Kokoity kiseb il-medalja tal-fidda u Dastan Mukashbekov tal-Każakstan kiseb dik tal-bronż.

Anastasiia Moskalenko tal-Ukrajna rebħet il-medalja tad-deheb u għamlet rekord dinji ġdid fix-shot put tan-nisa F32 bi tmien metri netti, il-Brażiljan Wanna Brito b’7.89 metri kisbet il-midalja tal-fidda, filwaqt li Evgeniia Galaktionova, tal-Atleti Paralimpiċi Newtrali, dik tal-bronż b’7.72 metri.