Sport

Logħob tal-UEFA Nations League

League A : Grupp 1

Skozja      2        Polonja    3

Wara biss tmien minuti l-Polonja marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Robert Lewandowski kien SEBASTIAN SZYMANSKI li għeleb lil Angus Gunn. Kien hjemm reazzjoni minima mill-Iskozja, bil-Polonja tirdoppja minuta minn tmiem l-ewwel taqsima wara. Minn penalty kien ROBERT LEWANDOWSKI li mill-ġdid għeleb lil Gunn. Wara biss minuta fit-tieni taqsima, kien BILLY GILMOUR li għeleb lil Marcin Bulka għat-2 – 1 . Kibret il-pressjoni mill-Iskozja u fis-76 minuta minn azzjoni ta’ Tony Ralston kien SCOTT MC TOMINAY li għeleb lil Bulka 2 – 2 . Hekk kif il-partita kienet destinata għal draw, fis-seba’ minuta tal-ħin miżjud kien NICOLA ZALEWSKI li minn penalty għeleb lil Gunn 3 – 2

 

Portugall     2       Kroazja    1

Fis-7 minuta minn azzjoni ta’ Bruno Fernandes, kien DIOGO DALOT li għeleb lil Domenik Livakovic biex poġġa lill-Portugall fil-vantaġġ. Fl-34 minuta l-iskor sar 2 – 0. Kien gowl minn CRISTIANO RONALDO li minn azzjoni ta’ Nuno Mendes mill-ġdid għeleb lil Livakovic. Kroazja naqqset l-iskor fil-41 wara awtogowl ta’ Diogo Dalot li għeleb lil Diogo Costa. Kien 2 – 1 l-iskor fi tmiem l-ewwel taqsima.

League A : Grupp 4

Danimarka     2            Żvizzera   0

Partita li matulha, apparti tmien plejers ammoniti, Żvizzera temmew il-partita b’disa’ plejers bit-tkeċċija ta’ Nico Elvedi fit-52 minuta u Granit Xhaka fis-87 minuta. Id-Danimarka marru fil-vantagg fit-82 minuta permezz ta’ PATRICK DORGU li minn azzjoni ta’ Andreas Skov Olsen li għeleb lil Gregor Kobel. Fit-92 minuta kien PIERRE EMIL HOJBERG li minn azzjoni ta’ Slov Olsen, mill-ġdid għeleb lil Kobel.

 

League D Grupp 1

San Marino    1     Liechtenstein   0

Fi Stadio Olimpico San Marino, f’Serravalle, kienet ġurnata storika għall-Federazzjoni ta’ San Marino bir-rebħa minima fuq Liechtenstein. Rebħa li waslet 20 sena wara l-unika rebħa li San Marino kiseb u li kienet ukoll kontra Liechtenstein. Il-gowl deciżiv kien skorjat fit-53 minuta minn NICKO SENSOLI li għeleb lil Benjamin Buchel.