Mara ta’ 33 sena minn Ħal Qormi weġġgħet gravi wara li inqalbet bil-karozza tagħha fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.30am fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Jirriżulta, li x-xufiera ħabtet f’karozza tal-għamla Honda li kienet ipparkjata. U riżultat tal-impatt, il-mara nqalbet bil-karozza.
Il-mara – li kienet qed issuq Toyota Vitz – kellha tingħata l-għajnuna biex tinħareġ mill-vettura. Hi ġiet assistita wkoll minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura.
//= $special ?>