Tard ilbieraħ filgħaxija, membri tal-Bomb Disposal Unit kienu msejħa f’Birkirkara wara li s-Sindku ta’ Birkirkara Desirei Grech irrappurtat sensiela ta’ theddid.
Net News jinsab infurmat li s-Sindku ta’ Birkirkara kellha saħansitra tmur l-għassa minħabba li canvasser Laburista, allegatament wettaq theddid fuqha. U xi drabi kien anke jitfaċċa fil-binja tal-Kunsill Lokali.
Jidher li s-sitwazzjoni eskalat wara li lbieraħ kien waqt il-laqgħa tal-Kunsill, dan ir-raġel deher idur mal-karozza tas-Sindku. Kien għalhekk li ssejħu l-membri tal-Bomb Disposal biex jassiguraw li ma kienx hemm periklu.
Wara dan il-każ serju, is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino qal li l-PN mhux se jippermetti li l-kunsillieri jiġu intimidati għax jagħmlu xogħolhom.
//= $special ?>