Sport

Parteċipazzjoni b’saħħita fit-tellieqa Hudson Race Series f’Burmarrad

Dillon Cassar u Josann Attard Pulis jirbħu t-tellieqa 10km; Clayton Abela u Rosalie Borg Cauchi jirbħu t-tellieqa tal-5km.

Mill-bidu tagħha, l-Hudson Race Series Burmarrad Edition kisbet popolarità, u għal darb’oħra attirat folla kemm għar-rotot tat-tiġrija ta’ 5km kif ukoll ta’ 10km.

Tellieqa 10km

Dillon Cassar mar fil-vantaġġ mill-ewwel, fuq quddiem ta’ Charlton Debono u Mark Herrera. Warajhom Aaron Mifsud u Matthew Xuereb issieltu flimkien. Il-vantaġġ ta’ Cassar kompla sal-aħħar biex rebaħ it-tellieqa. Debono u Herrera kisbu t-tieni u tielet post rispettivament.

It-tiġrija tan-Nisa ntrebħet mill-veterana Josann Attard Pulis. Viċin warajha kienet Marija Cumbo li segwiet lil Attard Pulis fuq il-podju fit-tieni post, filwaqt li t-tielet post ittieħdet minn Veronika Keryste. 

Tellieqa 5km

Clayton Abela kiseb l-ewwel rebħa fis-Serje, fejn spiċċa seba’ sekondi b’distakk fuq James Sciriha. Jonathan Balzan kiseb it-tielet post, żewġ sekondi biss wara Sciriha.

Fit-tellieqa tan-nisa, Rosalie Borg Cauchi ħadet ir-rebħa, b’Tara Abdilla u Charyl Fava jingħaqdu magħha fuq il-podju wara wirjiet b’saħħithom.

Qabel il-bidu tat-tiġrija, id-Direttur tat-Tlielaq Charlie Demanuele mexxa minuta silenzju bħala ġieħ lil Jake Vella, atleta ta’ 15-il sena, li sfortunatament miet ftit jiem qabel ma saret it-tellieqa. 

Fi tmiem it-Tlielaq ġew ippreżentati Premjijiet u Trofei lir-rebbieħa tal-Gruppi ta’ Età minn Charlie Demanuele li rringrazzja lil Hudson Group u Nike għall-appoġġ kontinwu tagħhom lejn is-Serje tat-Tlielaq.  Kompla jirringrazzja lil Transport Malta, lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, lill-uffiċjali u lill-voluntiera li għenu f’din il-ġurnata.

L-aħħar tiġrija tal-2024 Hudson Race Series se ssir fit-8 ta’ Diċembru u se ssir fil-Belt Valletta.

Riżultati

 10k5k
 IrġielNisaIrġielNisa
1stDillon Cassar (31:05)Josann Attard Pulis (39:35Clayton Abela (16:56)Rosalie Borg Cauchi (18:26)
2ndCharlton Debono (31:57)Marija Cumbo (39:52)James Sciriha (17:04)Tara Abdilla (18:36)
3rdMark Herrera (33:21)Veronika Keryste (41:17)Jonathan Balzan (17:06)Charyl Fava (19:31)
Gruppi t’Eta
 IrġielNisaIrġielNisa
30 – 34Aron ButtigiegDenise GrechAleksandar IlicDaniela Gatt
35 – 39Matthew XuerebClaudia BuhagiarJustin AttardPauline Camilleri
40-44Mark LewisCharla Pia VellaHeathcliff VellaDonatella Fenech
45-49Aaron MifsudNatasha CefaiStephen AquilinaCatherine Chetcuti
50-54Mario AgiusJohn RapinettMichelle Spiteri
55-59Simon BettelySavo RisticMartha Fitz
60-64John SalibaGeorge SchembriLuana Zammit
65-69Godwin TonnaFrancis Falzon
70+Joe Farrugia

Riżultati uffiċjali jinsabu fuq is-sit elettroniku –  https://my.raceresult.com/305543/results