Internazzjonali

Sergio Mendes: Imut wieħed mill-ġganti tal-mużika samba u bossa nova

Il-mużiċista magħruf Brażiljan, Sergio Mendes, li introduċa l-versjoni moderna tas-Samba u l-mużika bossa nova lill-udjenzi tal-Punent, miet fl-età ta’ 83 sena.

Mendes, li kien imexxi kumpless magħmul mill-mużiċisti Latini-Amerikani, jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta fuq stil tal-pop-Latin ‘Mas Que Nada’ .

Intant,  hu, tul is-snin, daħħal elementi mużikali sinonimi mas-sound tipiku Brażiljan f’kanzunetti li marru tajjeb fil-klassifiki tar-Renju Unit, fosthom The Look Of Love u l-versjoni oriġinali ta’ The Fool On The Hill ta’ The Beatles.

Sergio Mendes irrekordja ‘il fuq minn 30 album u li ħafna minnhom inbiegħu b’mod fenomenali tant li saru diski tad-deheb jew tal-platinum fl-Istati Uniti.

U fl-2012, Mendes kien irċieva nomina għall-Oscar (Acadermy Award) għall-kollaborazzjoni tiegħu fuq il-kanzunetta Real in Rio, li tifforma parti mis-soundtrack tal-film ta’ animazzjoni bl-isem Rio.