Lokali

Aġġornata: Sewwieq ta’ tow truck fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura

Raġel ta’ 28 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq.

Il-każ seħħ ilbierah għall-ħabta tas-7:30 pm, fi Triq il-Palma Raħal Ġdid meta għal xi raġuni s-sewwieq, raġel ta’ 28 sena li joqgħod San Ġiljan, tilef il-kontroll tat-trakk Isuzu Elf u ħabat ma’ siġra u ħajt ta’ residenza.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.


Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.