Fl-ewwel mitt ġurnata ħa nindirizzaw l-għoli tal-ħajja u nieħdu deċiżjonijiet importanti li hemm bżonn jittieħdu malajr.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista li kellu mill-ġurnalist ta’ Lovin Malta Tim Diacono, fejn tkellem dwar diversi aspetti fosthom l-iskandli li qed jiffaċċja pajjiżna, kif ukoll il-kriżi tal-qtugħ tad-dawl u l-ambjent.
Bernard Grech saħaq li anke mill-Oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista rnexxilu jagħmel kisbiet kbar, dan hekk kif flimkien mad-deputati u t-tim kollu qed jaħdem biex ikun il-Gvern alternattiv, Gvern li l-poplu jixraqlu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkompli jsaħħaħ lill-ħaddiem u joħloq niċeċ ekonomiċi ġodda.
Kien hawn fejn Bernard Grech saħaq li l-Ministru Clyde Caruana għandu bżonn jibdel il-mudell ekonomiku.
Dwar l-iskandlu fi ħdan Identità, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa racket inkwetanti ħafna. U stqarr li dan huwa riżultat ta’ tmexxija ħażina minn naħa tal-Ministru Byrone Camilleri
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita aċċenna għall-fatt kif f’pajjiżna ħadd ma jerfa’ responsabbiltà politika għal żbalji li jkunu saru u għall-iskandli fi ħdan il-ministeri tagħhom.
Bernard Grech elenka l-punt ukoll li l-Gvern qed jitratta l-agenda parlamentari b’nuqqas ta’ interess.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li mhux aċċettabli li jkollna xufiera bla esperjenza, li jitħallew isuqu t-taxis għax dan ipoġġi diversi persuni fil-periklu.
Bernard Grech spjega kif f’pajjiżna għandna l-lingwa Maltija li tidistingwina minn pajjiżi oħra ikbar minn pajjiżna u li ma għandhomx lingwa, u għalhekk irridu nibżgħu għaliha.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr ukoll li hemm bżonn li jsir investiment f’enerġija rinnovabbli biex ikun hemm bżonn inqas ta’ elettriku ġġenerat mill-fossil fuel hekk kif fl-aħħar mill-aħħar il-prezz ta’ din l-enerġija qed ikompli dejjem jogħla.
U waqt li kien qiegħed jingħad dan kollu proprjament f’nofs din l-intervista, inqata’ d-dawl – turija ċara tar-realtà li l-poplu qed jgħix fiha.
//= $special ?>