Il-Ħamis filgħaxija l-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex ikun jista’ jsegwi mill-viċin l-aħħar preparamenti għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza.
Bernard Grech irringrazzja personalment lil ħaddiema kollha ta’ Media.Link li qegħdin jaħdmu sigħat twal sabiex dan l-avveniment ikun wieħed mill-aqwa.
Il-Ħadd fit-20:00, waqt il-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jkunu qed jieħdu sehem 20 kantant u kantanta, kollha b’kanzunetti bil-lingwa Maltija. Din is-sena erba’ nisa, Christine Haber, Eileen Montesin, Louise Tedesco u Valerie Vella se jkunu qed jipreżentaw dan il-konkors.
Kull min hu nteresat sabiex jattendi għal dan l-avveniment li huwa festa ta’ talent lokali, jista’ jakkwista l-biljetti minn fuq showshappening.com jew mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>