Lokali

Mara tinsisti li wara l-ġrajja ta’ Nicolette Ghirxi ma nbidel xejn

Illum, għax lit-tifel għidltu ma jmurx ma’ missieru, għax kien qed jiġi d-dar kuljum anka mhux fil-jiem li jkun imissu l-aċċess, il-missier ġie wara l-bieb isabbat u jgħajjat ‘oħroġ ħa nagħtu’ u wara 50 minuta l-Pulizija baqgħu ma ġewx.

Hekk sostniet Sefora Aquilina fuq il-midja soċjali hekk kif spjegat li hi kienet weħidha d-dar mat-tfal u tant beżgħet li kellha ssakkar it-tfal tagħha fil-kamra tagħhom. Dan hekk kif fil-pront malli wassal il-missier u beda’ jkun aggressiv, ċemplet il-Pulizija tal-lokal, madanakollu anka wara li għaddew 50 minuta, l-ebda Uffiċjal tal-Pulizija ma mar id-dar tagħha biex iwaqqaf lill-missier, jew biex jara jekk eskalatx l-aggressjoni.

Sefora Aquilina spjegat li l-fastidju quddiem id-dar tagħha li seħħ illum, ma kienx l-ewwel wieħed ta’ dan it-tip hekk kif hi jkollha diversi drabi tgħix id-dar tagħħa bil-fastidju.

Aquilina stqarret li wara 50 minuta l-Pulizija baqgħu ma għamlux kuntatt magħha u kellha tkun hi stess li terġa’ ċċempel lill-Pulizija. Bil-Pulizija minn naħa tagħhom iwieġbu biss li kienu se jċemplulha.

L-omm spjegat ukoll li suppost il-missier jiġbor lit-tifel mill-Għassa tal-Pulizija, però hi kienet għamlet eċċezzjoni minħabba l-kundizzjoni tat-tifel.

Fil-filmati li tefgħet fuq il-midja soċjali, Aquilina qalet ukoll li niżlet id-Division tad-Domestic Violence biex tagħmel ir-risk assesment. Madanakollu saħqet li flok il-Pulizija kellmet lill-aggressur u investigatu jew tagħtu ċanfira, hi ġiet offruta li mill-ġdid tmur fix-xelter waqt li lis-sieħeb tagħha, David, issuġġerewlu biex kemm jista’ jkun ma jmurx fir-residenza tagħha.