Lokali

Sewwieq ta’ e-kick scooter iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Ġuvni ta’ 27 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident li seħħ fil-Gżira bejn e-kick scooter u karozza.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-10:40, fi Triq D’Argens, meta għal xi raġuni seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm raġel ta’ 27 sena residenti Birkirkara, u vettura Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 68 sena u residenti Marsaskala.

Ir-raġel ta’ 27 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.