Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Għawdxi ta’ 37 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-7:20, fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Isuzu D Max misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, u mutur Kentoya misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

Tim mediku ta l-għajnuna fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.