Lokali

ILLEJLA: Il-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024

Wara s-suċċess tal-kantanta Eliana Gomez Blanco bil-kanżunetta Kanizzata, li rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2023, ftit minuti oħra se jingħata bidu għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena, organizzat minn Net Media.

Din is-serata, għall-ewwel darba se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.

Il-preżentaturi ta’ din is-sena huma erba’ nisa b’ħafna esperjenza fix-xena tad-divertiment li lkoll ippreżentaw ħafna programmi kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-radju, fosthom Valerie Vella, Eileen Montesin u Christine Haber.

Dan il-konkors ferm popolari mal-Maltin u Għawdxin li ra l-bidu tiegħu fl-1983, huwa meqjus bħala avveniment ta’ festa tat-talent lokali fejn il-parteċipanti kollha jkantaw kanzunetta oriġinali bil-Malti.

Intant, dan l-avveniment ser jixxandar ukoll b’mod dirett fuq Net Television, wara l-aħbarijiet.