Ir-raba’ bejta tal-fkieren tal-baħar, dik li kienet tinsab f’Għajn Tuffieħa, faqqset kompletament u pproduċiet total ta’ 46 fekruna.
Ir-raba’ bejta li nstabet f’Għajn Tuffieħa fis-16 ta’ Lulju kellha titmexxa fil-Bajja tal-Mixquqa daqs tliet ġimgħat wara biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha.
Il-bejta kellha total ta’ 64 bajda, b’46 li faqqsu b’suċċess, waħda minn dawn is-46 kienet għadha fil-bejta u ġiet iggwidata b’mod sigur lejn il-baħar.
Mill-ewwel bejta tal-fkieren fir-Ramla tal-Mixquqa kien hemm total ta’ 44 fekruna, mit-tieni bejta li kienet tinsab fir-Ramla tal-Mixquqa kienu faqqsu total ta’ 60 fekruna, u mit-tielet bejta, dik fir-Ramla l-Ħamra, faqqsu 81 fekruna.
Dan ifisser li s’issa rajna total ta’ 231 fekruna li faqqsu b’suċċess. Għalkemm mistennija ferm iktar fkieren għal dan l-istaġun hekk kif din l-iktar riċenti kienet ir-raba’ bejta minn tmienja.
Wara dawn l-operazzjonijiet ta’ suċċess, hemm l-impenn u s-sagrifiċċju bla waqfien mill-uffiċjali tal-ERA u Nature Trust.
Il-fkieren tal-baħar huma speċi f’periklu kritiku u huwa għal din ir-raġuni li diversi persuni jaħdmu lejl u nhar sabiex jassiguraw li l-ebda ħsara ma ssir lil dawn il-bejtiet.
//= $special ?>