L-attenzjoni tas-segwaċi tal-isport Malti llum tkun fil-Port il-Kbir hekk kif issir edizzjoni oħra tal-aktar Regatta importanti dik tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja. Għal darba oħra, id-dwell ewlieni għar-rebħ tax-Shield mistenni jkun bejn Bormla, Birgu u l-Isla, b’taqtigħa missielta mistennija bejn aktar distretti f’Kategorija B.
Sena ilu, kienu proprju l-Birgu u Bormla li spiċċaw bl-istess ammont ta’ punti biex ħadu x-Shield għal sitt xhur kull wieħed. Minkejja s-suċċess riċenti, il-Birgu qed timmira li tirbaħ ix-Shield waħedha għall-ewwel darba mill-1984, Bormla għandha l-għan ewlieni li tilħaq ir-rekord ta’ 23 rebħa li bħalissa jinsab għand l-Isla filwaqt li s-Sengleani jittamaw li jibqgħu jżommu r-rekord.
Id-distretti parteċipanti baqgħu tmienja jiġifieri Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi. Fil-maġġoranza tat-tlielaq saru diversi bidliet fl-ekwipaġġi mir-Regatta ta’ Marzu li għadda.
Il-programm baqa’ l-istess bħal tal-aħħar edizzjonijiet iżda l-ewwel tellieqa bl-ewwel tellieqa tkun it-tellieqa tan-nisa li tibda f’12.00pm. Imbagħad isegwu ħames tlielaq kull wieħed fil-Kategorija B u l-Kategorija Open li jalternaw ma’ xulxin. Il-poloz tal-korsiji jitilgħu llum fil-11.00am.
Fatt interessanti li fil-Kategorija Open, l-ekwipaġġi rebbieħa fil-ħames tlielaq fir-regatta ta’ Marzu li għadda kollha ma nbidlux. Sitwazzjoni ftit differenti f’Kategorija B, b’uħud mill-ekwipaġġi rebbieħa f’Marzu nbidlu ftit u oħrajn inżammu.
Il-lista tal-qaddiefa fit-tlielaq kollha
Tellieqa tan-nisa – Frejgatini
Birgu – Shazel Grima, Glynis Mizzi (coxwain – Dale Scicluna)
Birżebbuġa – Zanishia Pace, Aaliyah Bonello (coxwain – Theon Pace)
Bormla – Nadine Vella, Francesca Galea (coxwain – Matthew Mifsud)
Kalkara – Thersa Scicluna, Narkesha Mizzi (coxwain – Zaleshia Borg)
Marsa – Brooke Stivala, Shazel Gusman (coxwain – Thais Gatt Borg)
Marsamxett – Brianna Farrugia, Irene Tonna (coxwain – Lawrenz Ciantar)
Senglea – Jade Cachia, Kenzie Abela (coxwain – Blair Rose Piscopo)
Siġġiewi – /
L-ewwel tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’żewġ imqadef
Birgu – Lorenz Mizzi, Clifford Bugeja
Birżebbuġa – Darren Bartolo, Kevin Camilleri
Bormla – Kayden Aquilina, Jean Pierre Debono
Kalkara – Gilmore Buttigieg, Godwin Buttigieg
Marsa – Gabriel Saliba, Kane Grima
Marsamxett – Emman Joe Borg, Peter Cremona
Senglea – Clayton Azzopardi, Bjorn Caruana
Siġġiewi – /
It-tieni tellieqa – Kategorija A – Tal-Midalji
Birgu – Owen Zammit, Antoine Brignone, Wayne Xuereb Pike, Sven Refalo
Birżebbuġa – /
Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton, Romario Brignone
Kalkara – Shyam Tabone, Yosef Calamatta, Kieran Bonnici, Larson Abela
Marsa – Dirk Attard, Emerson Farrugia, Clyde Debattista, Yannick Pace
Marsamxett – /
Senglea – Davison Micallef, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Gauci
Siġġiewi – Byron Falzon, Jimmy Falzon, Leon Vella, Christian Frendo
It-tielet tellieqa – Kategorija B – Kajjiki
Birgu – Nayden Casha, Jayden Fisher
Birżebbuġa – Coultan Buhagiar, Kevin Camilleri
Bormla – Ian Carabott, Cleaven Falzon
Kalkara – Christian Bugeja, Kurt Vassallo
Marsa – Lino Fabri, Neil Aquilina
Marsamxett – Deacon Abela Wilson, Shylon Gauci
Senglea – Yarik Agius, Ericsen Lia
Siġġiewi – /
Ir-raba’ tellieqa – Frejgatini Kategorija A
Birgu – Kieron Zammit, Rhys Fiteni (coxwain – Zeshian Attard)
Birżebbuġa – /
Bormla – Mattia Calleja, Christian Camilleri (coxwain – Thias Bugeja)
Kalkara – /
Marsa – Dirk Attard, Mel Magro (coxwain – Nikki Buhagiar)
Marsamxett – /
Senglea – Clyde Mizzi, Davison Micallef (coxwain – Melvana Micallef)
Siġġiewi – /
Il-ħames tellieqa – Kategorija B – Tal-Midalji
Birgu – Nayden Casha, Jan Parascandalo, Adonai Gatt, Kurt Ellul
Birżebbuġa – Gino Viacava, Christian De Giovanni, Kevin Attard, Gabriel Farrugia
Bormla – Mattia Calleja, Nicholas Paris, Dione D’Amato, Denzel Thornton
Kalkara – Jonathan Piscopo, Marlon Cutajar, Dorian Cilia, Jonathan Falzon
Marsa – Kerstin Brown, Leon Piscopo, Lydon Pulis, Gilbert Grech
Marsamxett – Brolin Genovese, Kensley Ciantar, Peter Cremona, Denilson Long
Senglea – Glenn Brincat, Axel Degiorgio, Carlos Abela, Janniel Camilleri
Siġġiewi – /
Is-sitt tellieqa – Kategorija A – Tal-Pass ta’ bit-Tnejn
Birgu – Clyde Cutajar, Clayton Darmanin
Birżebbuġa – /
Bormla – Clive Casha, Dennis Thornton
Kalkara – Diego Grima, Mauro Desira
Marsa – Juan Farrugia, Clyde Debattista
Marsamxett – /
Senglea – Charvon Gatt, Matthew Micallef
Siġġiewi – Ryan Lee Zammit, Sandro Zammit
Is-seba’ tellieqa – Kategorija B – Frejgatini
Birgu – Lawson Cassar, Dion Caruana (coxwain – Ellah Azzopardi)
Birżebbuġa – Matthew Dalli, Steven Dalli (coxwain – Lukas Azzopardi)
Bormla – Shaun Farrugia, Nicholas Paris (coxwain – Jake Attard)
Kalkara – Kohath Mallia, Ryan Degiorgio (coxwain – Deshaja Mifsud)
Marsa – Kerstin Brown, Leon Piscopo (coxwain – Alaya Zammit)
Marsamxett – Brolin Genovese, Kensley Ciantar (coxwain – Andriy Delceppo)
Senglea – Glenn Brincat, Axel Degiorgio (coxwain – Zeyan Brincat)
Siġġiewi – /
It-tmien tellieqa – Kategorija A – Kajjiki
Birgu – Kieron Zammit, Nigel Sant
Birżebbuġa – Gino Viacava, Rushven Micallef Gouder
Bormla – Christian Camilleri, Romario Brignone
Kalkara – Shyam Tabone, Kieran Bonnici
Marsa – Mel Magro, Damien Attard
Marsamxett – Deacon Abela Wilson, Shylon Gauci
Senglea – Davison Micallef, Russell Bugeja
Siġġiewi – /
Id-disa’ tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’Erbgħa
Birgu – Sherdon Cassar, Lorenz Mizzi, Clifford Bugeja, Kurt Ellul
Birżebbuġa – Larry Lagana, Darren Bartolo, Kevin Camilleri, Malcolm Vella
Bormla – Mattia Calleja, Nicholas Paris, Cleaven Falzon, Denzel Thornton
Kalkara – Jonathan Piscopo, Gilmore Buttigieg, Dorian Cilia, Clyde Aquilina
Marsa – Lino Fabri, Kane Grima, Gabriel Saliba, Neil Aquilina
Marsamxett – Kensley Ciantar, Emman Joe Borg, Peter Cremona, Denilson Long
Senglea – Jerome Zammit, Ainsley Bonello, Clayton Azzopardi, Lincoln Falzon
Siġġiewi – /
L-għaxar tellieqa – Kategorija A – Tal-Pass b’Erbgħa
Birgu – Antoine Brignone, Clyde Cutajar, Clayton Darmanin, Sven Refalo
Birżebbuġa – /
Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton, Jurgen Camilleri
Kalkara – Anthony Viacava, Gerald Micallef, Paul Zammit, Larson Abela
Marsa – Dirk Attard, Redeemer Zammit, Adrian Schembri, Damien Attard
Marsamxett – /
Senglea – Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Gauci
Siġġiewi – /
//= $special ?>