Jum il-Vitorja – it-8 ta’ Settembru.
Ġurnata li tfakkar il-qlubija tal-poplu Malti f’żewġ assedji.
Ġurnata li bdiet biċ-ċelebrazzjoni li mexxa Monsinjur Arcisqof Charles Scicluna fil-Forti Sant Anġlu; proprju fil-kappella li tfakkar it-Twelid ta’ Marija.
Bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet sabiex titfakkar il-Vitorja, kien hemm ċerimonja ta’ tqegħid ta’ kuruna mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono li kienet akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali.
Wara, il-Kumitat Festi Nazzjonali jfakkar Jum il-Vitorja permezz ta’ tqegħid ta’ kuruna fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan jiġi segwit minn tqegħid ta’ kuruna mal-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla, u mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju f’Forti Sant’Anġlu.
Intant, is-Sibt filgħaxija fil-Mellieħa sar il-Pontifikal fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina… fejn preżenti kien hemm il-President ta’ Malta. Preżenti wkoll il-Kap tal-PN Bernard Grech.
Il-festa tal-Bambina ġiet ċelebrata mhux biss fil-Mellieħa, iżda anke fl-Isla, fin-Naxxar u fix-Xagħra Għawdex.
//= $special ?>