Il-Kap Eżekuttiv tax-Xandir Nazzjonali għandu jiġi maħtur b’sejħa pubblika.
Huwa dan l-appell tal-MEP Nazzjonalista Peter Agius, li tenna li ċ-ċittadini għandhom id-dritt għall-informazzjoni kollha, trasparenti u imparzjali. B’mod speċjali fid-dawl tal-fatt li l-elezzjoni ġenerali dejjem qed tersaq fil-qrib.
Dan wara li fl-aħħar jiem sar magħruf li Mark Sammut se jkun qed jirreżenja minn Kap Eżekuttiv tal-PBS. Skont l-Att tal-Unjoni Ewropea dwar il-libertà tal-Midja – ir-rwoli fix-Xandir Nazzjonali għandhom jiġu appuntati bi proċess trasparenti u pubbliku u ġa la darba Mark Sammut se jkun qed jirreżenja – skont Peter Agius – issa huwa ċ-ċans li jadotta l-Att tal-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>