Lokali

“Dejjem pożittiv u bi tbissima fuq fommu”

Karl Gouder kellu enerġija kbira u pożittività fuq il-post tax-xogħol.

Kien meqjus bħala kollega tal-ġenn li tarah meta tarah dejjem bi tbissima fuq fommu. Dan huwa l-mod li bih Karl se jibqa’ mfakkar.

L-HR Administrator ta’ NET Media, Nadia Farrugia, li ħadmet ferm mill-qrib miegħu, tkellmet dwar il-karattru mill-isbaħ li kellu Karl Gouder.

Ħadem mill-qrib miegħu wkoll il-Head of Operations, Clayton Tanti Gregoraci li mhux biss kellu relazzjoni miegħu fuq il-post tax-xogħol iżda anke barra.

Il-Kap tad-Dipartiment tar-Reklamar, Elton Abela fakkar fl-enerġija pożittiva li kien iġib miegħu.

Il-Head of Programmes, Josef Fitzpatrick żgur mhux se jinsa l-ħbiberija ġenwina tiegħu.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni Joe Grima fakkar fiċ-ċajt li kienu jgħaddu fil-kurituri tax-xogħol.

U anke l-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet, Robert Cremona fakkar fit-tbissima unika li kellu Karl Gouder.

Intant, fl-aħħar sigħat, anke l-Fondazzjoni Puttinu Cares sellmet il-memorja ta’ Karl Gouder.