Nhar it-18 ta’ Settembru, it-Teatru Manoel se jkun qed jilqa’ lit-trio minn Praga, rebbieħ ta’ bosta unuri, ‘Trio Incendio’ għal serata ta’ mużika maġika minn mużiċisti żgħażagħ u ta’ talent fl-okkażjoni tas-sena tal-Mużika Ċeka 2024.
Imwaqqfa fl-2016 fi Praga mill-mużiċisti nnifishom, ‘Trio Incendio’ hu magħmul mill-pjanista Karolína Františová, il-vjolinist Filip Zaykov u ċ-ċellist Vilém Petras. It-trio stabbilixxa ruħu f’qasir żmien bħala wieħed mill-iktar ensembles żgħażagħ Ewropej distinti, b’esebizzjonijiet fi wħud mill-aqwa postijiet fl-Ewropa.
Matul il-kunċert fit-Teatru Manoel, se jkunu qed idoqqu numru ta’ kompożizzjonijiet mit-tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20. Il-programm tal-kunċert hu b’tul ta’ madwar siegħa u
‘Trio Incendio’ rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali, fosthom il-Joseph Haydn Competition fi Vjenna, il-Joseph Joachim Competition f’Weimar, il-Gianni Bergamo Classic Music Award f’Lugano, il-Coop Music Awards fi Cremona, il-Concorso Musicale “Marcello Pontillo” f’Firenze, u l-Bohuslav Martinů Competition fi Prague, fejn rebħu wkoll il-Premju Speċjali għall-aqwa interpretazzjoni ta’ xogħol ta’ Martinů.
It-trio jipparteċipa b’mod regolari fl-Akkademja Internazzjonali tas-Sajf f’Reichenau, organizzata mill-Università tal-Mużika ta’ Vjenna. Fl-Akkademja ngħataw għadd ta’ premjijiet għall-aqwa interpretazzjoni ta’ mużika kontemporanja Ċeka, kif ukoll iċ-Chamber Music Prize għall-aqwa ensemble tal-Akkademja, u l-Premju tal-Udjenza
//= $special ?>