Lokali

Ħames għaddasa ġew salvati wara li sabu diffikultà fi Blue Grotto

Ħames għaddasa ġew salvati minn Blue Grotto, iż-Żurrieq, wara li sabu diffikultà waqt li kienu qed jgħumu.

Għall-ħabta ta’ 12:00 fil-post isejħu l-membri tal-Pulizija kif ukoll membri tas-CPD. L-għaddasa ittellgħu mil-baħar permezz ta’ dinghy u ħelikopter. Wieħed mill-għaddasa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal check-up, hekk kif jidher li ħadd minnhom ma sofra ebda ġrieħi.

L-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed javża li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin, għalhekk ikun aħjar jekk ma jsirx għawm f’zoni fejn jaqbel ir-riħ.