Lejlet it-tieni partita fi spajzu ta’ ftit jiem, illum il-plejers tat-tim nazzjonali Malti komplew bit-taħriġ tagħhom f’Andorra la Vella. Għada l-Maltin, taħt il-gwida teknika tal-kowċ Michele Marcolini, jilagħbu t-tieni logħba tagħhom f’League D, Grupp 2 tal-UEFA Nations League, bit-tama li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u jiksbu l-massimu tal-punti kontra Andorra.
F’kummenti li ta wara l-partita ta’ nhar is-Sibt li għadda kontra l-Moldova, il-kowċ Taljan, Marcolin, qal li “𝘄𝗮𝗿𝗮 𝘁-𝘁𝗲𝗹𝗳𝗮 𝗸𝗼𝗻𝘁𝗿𝗮 𝗹-𝗠𝗼𝗹𝗱𝗼𝘃𝗮, 𝗷𝗲ħ𝘁𝗶𝗲ġ 𝗹𝗶 𝗻𝗶𝗯𝗾𝗴ħ𝘂 𝗻𝗲𝗺𝗺𝗻𝘂 𝗳𝗶𝗹-𝗸𝘄𝗮𝗹𝗶𝘁𝗮𝗷𝗶𝗲𝘁 𝘁𝗮𝗴ħ𝗻𝗮. 𝗙𝗹-𝗲𝘄𝘄𝗲𝗹 𝗽𝗮𝗿𝘁𝗶𝘁𝗮 𝘁𝗹𝗶𝗳𝗻𝗮 𝗹-𝗽𝘂𝗻𝘁𝗶, 𝗽𝗲𝗿ò 𝗳𝗶𝗹-𝗳𝘂𝘁𝗯𝗼𝗹, 𝗶𝗹-𝗽𝗮𝗿𝘁𝗶𝘁𝗮 𝗹𝗶 𝗷𝗸𝘂𝗻 𝗶𝗺𝗶𝘀𝘀𝗲𝗸 𝘁𝗶𝗹𝗴ħ𝗮𝗯, 𝘁𝗮𝗴ħ𝘁𝗶𝗸 𝗹-𝗼𝗽𝗽𝗼𝗿𝘁𝘂𝗻𝗶𝘁á 𝗹𝗶 𝘁𝗯𝗶𝗱𝗱𝗲𝗹 𝘂 𝘁𝗶𝗿𝗿𝗮𝗻ġ𝗮 𝗹-𝗶ż𝗯𝗮𝗹𝗷𝗶 𝗹𝗶 𝘁𝗸𝘂𝗻 𝗴ħ𝗮𝗺𝗶𝗹𝘁. 𝗛𝗲𝗸𝗸 𝗴ħ𝗮n𝗱𝗻𝗮 𝗻𝗮𝗴ħ𝗺𝗹𝘂 𝗴ħ𝗮𝗱𝗮 ma’ 𝗔𝗻𝗱𝗼𝗿𝗿𝗮, 𝘂 𝗷𝗲ħ𝘁𝗶𝗲ġ 𝗹𝗶 𝗻𝗸𝘂𝗻𝘂 𝗳𝗹-𝗮𝗾𝘄𝗮 𝘁𝗮𝗴ħ𝗻𝗮 𝗺𝗲𝘁𝗮 𝗻𝗶ġ𝘂 𝗯𝗶𝗲𝘅 𝗻𝗶𝗹a𝗴ħ𝗯𝘂 𝗱-𝗱𝗼𝘂𝗯𝗹𝗲 𝗵𝗲𝗮𝗱𝗲𝗿 𝗸𝗼𝗻𝘁𝗿𝗮 𝗹-𝗠𝗼𝗹𝗱𝗼𝘃𝗮 𝘂 𝗔𝗻𝗱𝗼𝗿𝗿𝗮 𝗳’𝗽𝗮𝗷𝗷𝗶ż𝗻𝗮 𝗯𝗶𝗲𝘅 𝗻𝗶𝗸𝘀𝗯𝘂 𝗿-𝗿𝗶ż𝘂𝗹𝘁𝗮𝘁𝗶 𝗺𝗶𝘅𝘁𝗶𝗲𝗾𝗮.”
Wieħed jifhem li għal-logħba ta’ għada, Marcolini mistenni jwettaq bidliet mill-ewwel ħdax, li bihom beda f’Chișinău kontra l-Moldova. L-akbar tħassib tal-istaff tekniku Malti jibqa’ dwar il-kundizzjoni fiżika ta’ Teddy Teuma, li kontra l-Moldova lagħab mhux fl-aqwa kundizzjoni.
Net News hu infurmat li f’dawn il-jiem ta’ mistrieħ, Teuma ħassu aħjar, iżda xorta għadu mhux mija fil-mija. Sal-lum għadu mhux magħruf jekk Marcolini jibdix b’Teuma fil-formazzjoni inizjali u deċiżjoni finali se tkun qed tittieħed għada.
//= $special ?>