Turist Ingliż ġie mmultat €3,000 u ordnat jirrifondi lil KM Malta Airlines wara li faqqa’ t-tieqa ta’ ġewwa ta’ wieħed mill-ajruplani li kien abbord fuqu hekk kif ittajjar fuq l-Alpi. L-inċident seħħ nhar il-Ħadd waqt titjira minn Londra għal Malta. L-ajruplan kien tal-linja tal-ajru amaged KM Malta
“Hija l-aktar ħaġa stupida li għamilt f’ħajti. Naf li ħallejt lill-ġenituri u lill-familja tiegħi. Dan mhux jien. Jiddispjaċini ħafna,” qal Anand Rajesh Ganatra, ta’ 33 sena. Li jaħdem f’pajjiżu bħala maniġer tar-reklutaġġ, hekk kif ammetta l-akkużi u skuża ruħu fil-Qorti.
Fil-Qorti ntqal li Ganatra qabżitlu f’daqqa meta passiġġier sieħbu tefa’ oġġett lejh, biex x’aktarx iqajmu. Ganatra jidher li rreaġixxa żżejjed u ta daqqa b’idu fuq it-tieqa tal-perspex ħoxna tal-ajruplan. “Ma ridtx inkissirha, spjega r-raġel li kellu sebgħu l-kbir tal-lemin u tan-nofs infaxxati. Il-ħsara fil-ħġieġa ħoxna ta’ ġewwa tat-tieqa kienet ikkalkulata li tiswa’ €2,125.
“Int konxju ta’ dak l-ammont ta’ ħsara?” staqsiet il-Qorti. “Qed nifhem. Jien lest li nħallas issa b’karta ta’ debitu jew ta’ kreditu,” qal l-imputat waqt li rreġistra ammissjoni. Il-Qorti kkundannatu għal multa ta’ €3,000 u ordnatlu jirrifondi lil-linja tal-ajru għall-ħsara.
“Aċċerta ruħek li għada mas-sebħ tiġi l-Belt Valletta biex tħallas id-drittijiet tiegħek,” wissietu l-maġistrat “Assolutament iva eċċellenza”, huwa wieġeb. Nixtieq nirrimarka li hija l-aktar ħaġa stupida li għamilt f’ħajti. Naf li ħallejt lill-ġenituri u lill-familja tiegħi. Dan mhux jien. Jiddispjaċini ħafna,” qal ir-raġel, u skuża ruħu bil-kbir għall-inkwiet ikkawżat.
L-Ispettur Roxanne Tabone mexxiet il-prosekuzzjoni. L-Avukat Yanika Barbara Sant kienet l-avukat tal-għajnuna legali tiddeffendi lill-akkużat.
//= $special ?>