It-Tim tal-Crisis Resolution Malta ħabbar l-istrateġija tiegħu li tinkorpora erba’ direzzjonijiet strateġiċi:
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju, Dr. Mark Xuereb li huwa psikjatra li jmexxi t-Tim tal-Kriżi, tkellem dwar l-ostrateġija li qed jisħaq dwarha l-Crisis Resolution Malta f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari.
L-istrateġija hi:
1. Prevenzjoni tas-suwiċidju bbażata fuq il-komunità li tinkludi t-tnaqqis ta’ mezzi letali, is-sikurezza għal dawk f’riskju, appoġġ wara mewt, u r-reklutaġġ ta’ maniġers ta’ kriżijiet imħarrġa fi stabbilimenti simili għal dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna fuq il-post tax-xogħol. L-aġġornament tal-professjonisti għas-sindromu ta’ kriżi akut se jidentifika d-dimensjonijiet ewlenin tar-riskju bħall-intrappolament, ir-rispons eċċessiv għal stress, u l-irtirar soċjali biex jissaħħu l-valutazzjonijiet tar-riskju.
2. Trattament u servizzi tal-kriżi. Filwaqt li hemm kważi elf ċentru ta’ kriżi fl-Istati Uniti, fl-Isptar Mater Dei ma jeżistix wieħed. Lanqas mhuma disponibbli vetturi ddedikati għar-rispons f’każ ta’ emerġenza.
3. Sorveljanza, titjib fil-kwalità u fir-riċerka. Malta hija ideali għall-ittestjar fil-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kwalità tajba, fil-wiri tar-riċerka u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-proġetti biex jintemm is-suwiċidju.
4. Ekwità tas-saħħa fil-prevenzjoni tas-suwiċidju. Ejjew ma nagħmlux żbalji: il-partijiet ikkonċernati kollha jeħtieġ li jkunu involuti b’mod dinamiku, billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-għarfien espert kif ukoll l-esperjenzi miksuba (Tobba, Psikologi, VIPs eċċ. huma inklużi — segwu dan l-ispazju). Inkella, l-istrateġija qatt mhi se tilħaq il-potenzjal kollu tagħha.
Hu saħaq li l-iffukar fuq il-problemi fir-relazzjonijiet, l-iżolament, il-mard, l-abbuż tal-alkoħol u tad-droga u l-piż finanzjarju jindirizza aktar minn 75 % tal-kawżi tas-suwiċidju. Il-miti ma jgħinux. Is-suwiċidju qatt mhu sinjal ta’ dgħufija jew egoiżmu. Tfisser ukoll li n-nies ma jmorrux l-infern jekk imutu b’suwiċidju. Fl-aħħar nett, b’xi eċċezzjonijiet sfortunati barra mill-pajjiż, dan mhuwiex reat.
It-Tim tal-Crisis Resolution Malta fakkar li jekk tinsab fi kriżi, ċempel il-linja ta’ ‘kriżi 24/7’ b’xejn (+35699339966), uża l-“messenger” ta’ FB jew l-“app” Kriżi.
//= $special ?>