Lokali

Heritage Malta tfakkar il-memorja ta’ Karl Gouder

“Karl kien bniedem dħuli li tista’ tafdah, u l-kliem inkoraġġanti u l-interess ġenwin tiegħu ħallew impatt dejjiemi fuqna. Il-legat tiegħu se jkompli jispirana fil-ġejjieni.”

Kliem il-Heritage Malta f’post fuq il-midja soċjali tagħhom, b’tislima u ringrazzjament għax-xogħol li wettaq Karl Gouder meta kien jikkupa l-kariga ta’ Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali.

F’din il-kariga huwa dejjem wera ruħu bħala persuna infurmata tajjeb, li tiċċekja l-fatti qabel titkellem, u l-proposti tiegħu kostruttivi. Dan kollu kien jixhed l-imħabba kbira tiegħu għall-wirt kulturali Malti.