Sport

Il-WADA mhux se tappella d-deċiżjoni dwar Jannik Sinner

Ritratt: EPA

Jidher li l-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (WADA) mhux se tappella d-deċiżjoni li eżentat liċ-champion tal-US Open Jannik Sinner minn tort għat-testijiet pożittivi tiegħu ta’ sterojdi. Dan minkejja li WADA għandha tliet ġimgħat oħra biex tagħmel dan.

Skont il-Kodiċi Dinji ta’ Kontra d-Doping u r-regoli għall-isports internazzjonali il-WADA — l-aġenzija bbażata f’Montreal — kellha mill-inqas sal-aħħar ta’ Settembru biex tippreżenta appell fil-każ Sinner.

Il-WADA u Nado Italia, l-aġenzija tal-Italja kontra d-doping, kienu l-uniċi aġenziji li setgħu jikkontestaw id-deċiżjoni mħabbra mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Integrità tat-Tennis fl-20 ta’ Awwissu minn panel ta’ tliet imħallfin f’Londra.

Madankollu, ma kienx ċar jekk l-iskadenza inizjali skadietx, peress l-perijodu jibda wara li l-partijiet kollha jirċievu l-verdett u d-dokumenti ta’ sostenn, li jistgħu jkunu mill-inqas ftit jiem jew aktar wara t-tħabbira.

Sinner kien irriżulta pożittiv darbtejn għal sterojdi anaboliki f’Marzu iżda ma ġiex misjub ħati wara li l-Agenzija ta’ Integrità tat-Tennis ikkonfermat li ma kellux tort. Jirriżulta li sterojdi li jtejbu l-prestazzjoni kienu fis-sistema ta’ Sinner b’mod mhux intenzjonat wara massaġġi mill-fiżjoterapista tiegħu, li uża sprej li kien fih l-isterojdi biex jikkura qtugħ fis-swaba.