Lokali

Kollox jindika li l-Bank HSBC se jitlaq minn pajjiżna

Il-Bank HSBC ħabbar li informa lill-bord tad-diretturi li se jibda analiżi strateġika tal-ishma indiretti ta’ 70.03% li għandu f’pajjiżna. B’esperti finanzjarji jindikaw li l-bank possibbilment jaf itemm l-attività tiegħu f’Malta wara 25 sena.

Fi stqarrija qasira, intqal li l-bank se jkun qed jagħti aktar tagħrif meta jkun il-waqt.

Waqt li qal li jirrikonoxxi r-rwol importanti li għandu fl-ekonomija lokali, l-HSBC iddikjara li l-aħbar hi konformi mal-obbligazzjonijiet li għandu fis-suq.