Lokali

Ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali tal-PN

Il-Partit Nazzjonalista beda jilqa’ l-kondoljanzi mill-pubbliku li jixtieq jingħaqad f’tislima għall-memorja ta’ Karl Gouder.

Kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech l-ewwel persuna li ffirma dan il-ktieb, u wassal il-messaġġ tiegħu lill-familja ta’ Karl.

Il-ktieb se jibqa’ disponibbli għan-nies tul il-ġurnata kollha, fid-daħla ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – fejn intrama wkoll ritratt kbir ta’ Karl Gouder flimkien ma’ bukketti ta’ fjuri.

Kulħadd huwa mistieden biex jingħaqad ma’ din l-inizjattiva, u jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali.