Sport

Malta tirbaħ l-ewwel tliet punti kontra Andorra

League D – Grupp 2

UEFA Nations League: Estadi Nacional d’Andorra

Andorra      0             Malta    1

Mit-telfa ta’ 2 – 0 kontra Moldova fl-ewwel partita minn din l-edizzjoni tal-UEFA Nations League, it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Michele Marcolini wettaq reazzjoni b’rebħa minima kontra Andorra. Issa jibqgħu deciżivi l-partiti ta’ ritorn f’Ta’ Qali fejn Malta trid tirbaħ il-konfronti diretti bit-tama li tirbaħ il-grupp.

Il-gowl ta’ Ryan Camenzuli minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kien biżżejjed biex Malta tikseb it-tliet punti.

Xutt ta’ Joseph Mbong fit-18-il minuta, kien imdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Andorra, Alvarez. Mill-corner ta’ wara, daqqa ta’ ras ta’ Carlo Zammit Lonardelli kienet salvata għal darb’ oħra minn Alvarez. Fil-mument li kibret l-offensiva minn Andorra, Henry Bonello kien protagonista b’żewġ saves deciżivi li żammew l-iskor intatt.

Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima wasal il-gowl deciżiv. Kien Ryan Camenzuli li poġġa lil Malta fil-vantaġġ wara li b’xutt b’saħħtu bix-xellug għeleb lil Alvarez.

Fit-tieni taqsima, il-Maltin għarfu jikkontrollaw tajjeb lill-avversarji li minkejja li żiedu xi ftit fil-logħob, ir-riżultat ma nbidilx.

Andorra   0        Malta     1