MeDirect, l-ewwel bank diġitali f’Malta, qed joffri lill-klijenti l-opportunità li jinvestu f’mutual funds, bonds, stocks u ETFs mingħajr ma jeħlu l-ebda miżati. Din l-offerta se tapplika fuq ordnijiet esegwiti sal-aħħar ta’ Diċembru 2024.
Ingrid Micallef, il-Head of Wealth ta’ MeDirect, qalet: “Il-mowbajl app u l-pjattaforma online tal-MeDirect jagħtu lill-klijenti l-għodda li għandhom bżonn biex jimmaniġġjaw flushom, kif iridu. Kemm jekk iridu jinvestu ghal rashom jew anke jekk jixtiequ jagħmlu użu mill-għajnuna pprovduta mill-esperti finanzjarji tal-bank, il-pjattaformi diġitali ta’ MeDirect qegħdin hemm biex jipprovdu l-aħjar servizz possibbli. Il-konsulenti esperti tagħna huma wkoll disponibbli biex jgħinu lil dawk li jippreferu esperjenza personalizzata. Issa l-klijenti kollha jistgħu jużaw is-servizzi finanzjarji relatati mal-investmineti li joffri l-MeDirect mingħajr ma jkollhom bżonn iħallsu l-ebda miżata.”
Il-mowbajl app ta’ MeDirect u l-pjattaforma online joffru għażla kbira ta’ aktar minn 4,400 investiment differenti. Dawn jinkludu stocks elenkati fi 17-il borża internazzjonali, diversi ETFs u mutual funds mmanigjati minn fund houses rinomati internazzjonalment, u għażla ta’ bonds kemm lokali u anke internazzjonali. Minbarra l-użu ta’ mezzi diġitali, il-klijenti jistgħu wkoll iżuru ċ-ċentri tal-investiment ta’ MeDirect li jinsabu f’Tas-Sliema u r-Rabat Għawdex sabiex jiksbu parir personali rigward l-investimenti.
Minbarra l-prodotti relatati mal-investimenti, il-mowbajl app u l-pjattaforma bankarja online tal-MeDirect jipprovdu wkoll aċċess għal numru ta’ prodotti ta’ tfaddil u saħansitra home loans. Servizzi bankarji ta’ kuljum inkluż l-abbiltà li tordna kards fiżiċi u virtwali huma wkoll disponibbli. Il-proċess biex issir klijent/a ta’ MeDirect huwa kompletament online.
//= $special ?>