Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-pożizzjoni tal-Bank HSBC u jappella biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema f’kull deċiżjoni li tista’ tittieħed
Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-pożizzjoni tal-Bank HSBC dwar reviżjoni tal-pożizzjoni tiegħu f’Malta.
L-Oppożizzjoni tirrispetta d-deċiżjonijiet tal-operaturi privati f’pajjiżna u tinnota wkoll ir-rapporti li bank ieħor lokali jista’ jkun interessat li jakkwista l-operazzjonijiet tal-HSBC f’Malta.
Tkun xi tkun id-deċiżjoni, l-Oppożizzjoni tesiġi li fl-eventwalità li l-HSBC jitlaq minn Malta, il-Gvern u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jiżguraw li min jieħu f’idejh it-tmexxija tal-HSBC f’pajjiżna jħares bis-sħiħ id-drittijiet tal-ħaddiema, tal-azzjonisti u l-konsumaturi, kif ukoll l-interess ġenerali tas-settur bankarju, bħala kontributur ewlieni fl-industrija tas-servizzi finanzjarji.
Barra minn hekk, l-Oppożizzjoni tinsisti li b’rispett lejn il-ħaddiema tal-Bank, dawn għandhom jinżammu infurmati b’mod trasparenti dwar dak li jkun għaddej. Qalb il-Partit Nazzjonalista tibqa’ dejjem mal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
//= $special ?>