Il-pazjenti evakwati mis-Sala tal-Emerġenza
Rapporti qed jindikaw li l-Erbgħa filgħodu ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li parti minnu bdiet tinħakem minn nirien.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-każ żviluppa minn suffett li hemm f’kamra tal-x-rays u minħabba din is-sitwazzjoni ġie deċiż li jiġu evakwati l-pazjenti u l-ħaddiema mill-emerġenza.
Sorsi li avviċinaw lil Net News spjegaw li fit-teatri daqqet il-fire alarm u evakwaw dik iz-zona bin-nar x’aktarx li żviluppaw minn xi wires tal-elettriku.
Persuni li kienu fil-post saħqu li huma ma raw ebda nirien iżda kien hemm duħħan li daħal fit-teatri.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
//= $special ?>