Sport

Rawnd ta’ kwalifikazzjoni fi ħdan il-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel

Intlagħbet it-tmien ġurnata mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja għat-timijiet fi ħdan il-Konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel.

Kolumbja     2         Argentina  1

F’Estadio Metropolitano Roberto Melendez, iċ-Champions tad-Dinja Arġentina sofriet it-tieni telfa minn tmien partiti filwaqt li l-Kolombja b’din ir-rebħa telgħet fit-tieni post, b’16-il punt kontra t-18-il punt tal-Arġentina.

Fil-25 minuta kien YERSON MOSQUERA li poġġa lill-Kolumbja fil-vantaġġ meta għeleb lil Emiliano Martinez minn azzjoni ta’ James Rordriguez. L-Arġentina kisbet il-gowl tad-draw fit-48 minuta wara li NICOLAS GONZALES għeleb lil Camilo Vargas.

Il-gowl deciżiv għall-Kolumbja kien skorjat minn penalty mogħti minn JAMES RODRIGUEZ fis-60 minuta.

Paragwaj   1       Brażil    0

F’Estadio Defensores del Chaco, il-Paragwaj, kontra kull mistenni, kisbet it-tieni rebħa minn tmien partiti sabiex telgħet fis-seba’ post. Għall-kuntrarju, telfa oħra għall-Brazil li kienet ir-raba’ waħda minn tmien partiti sabiex baqgħu fil-ħames post b’10 punti.

Il-gowl li ddeċieda l-partita kien skorjat minn Diego Gomez fl-20 minuta wara li għeleb lil Alisson Beker.

ReplyForwardAdd reaction