Internazzjonali

Taylor Swift tagħti appoġġ sħiħ lil Kamala Harris

“Jien se nkun qed nitfa’ l-vot tiegħi għal Kamala Harris u Tim Walz fl-elezzjonijijet tal-2024.”

Hekk iddikjarat il-kantanta rinomata Taylor Swift, fi ħsieb li qasmet fuq il-midja soċjali tagħha. Dan wara li lbieraħ, sar l-ewwel dibattitu bejn iż-żewġ kandidati għall-Presidenza Amerikana – Kamala Harris u Donald Trump.

Il-kantanta ddikjarat li se tkun qed tivvota għall-amministrazzjoni Harris – Walz, għaliex temmen bis-sħiħ li Harris tiġġieled għad-drittijiet li temmen fihom Swift, filwaqt li temmen li Kamala Harris hija mexxej b’ħafna talenti u għalhekk il-pajjiż jista’ jiggwadanja ħafna mit-tmexxija tagħha. Dan għal kuntrarju ta’ tmexxija mimlija chaos ta’ Donald Trump.

Taylor Swift tenniet li kienet impressjonata bid-deċiżjoni ta’ Harris meta għażlet lil Tim Walz bħala Viċi President prospettiv tagħha – dan minħabba l-fatt li hu wieħed li dejjem emmen fid-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+, IVF u d-drittijiet tan-nisa.

Ritratt: Instagram