Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fiż-żona ta’ Fra Ben, il-Qawra.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li Taljana ta’ 19-il sena sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet
qiegħda tgħum.
Hija minnufih ingħatat l-ewwel għajnuna minn xi ħbieb li kienu fil-qrib u minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, filwaqt li ftit tal-ħin wara wasal tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għal aktar assistenza.
It-tfajla ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza u aktar tard hija kienet iċċertifikata li tinsab
f’kundizzjoni serja u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
//= $special ?>