Grazzi għall-impenn tiegħek, iżda aktar minn hekk grazzi li rrappreżentajt lill-komunità tagħna b’mod partikolari f’perjodu meta l-konversazzjoni dwar l-omosseswalità kienet differenti.
Sosniet dan l-MGRM, l-NGO Maltija li taħdem favur il-komunità tal-LGBTIQ+ li esprimew ix-xokk tagħhom għat-telfa ta’ Karl Gouder.
Karl kien l-ewwel Membru Parlamentari Malti gay b’mod apert – wieħed mill-ewwel uffiċjali pubbliċi li kien voċiferu fid-dibattitu favur l-ugwaljanza fis-soċjetà Maltija.
L-MGRM irringrazzjaw lil Karl u offrew il-kondoljanzi tagħhom lil qraba, ħbieb u kollegi li żgur se jħossu n-nuqqas tiegħu u l-vojt li ħalla warajh.
//= $special ?>