Sport

Tispikka l-logħba tal-Olanda kontra l-Ġermanja

Ritratt: EPA

League A: Grupp 3

Olanda   2    Ġermanja    2

L-Olanda marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti. Minn azzjoni ta’ Ryan Gravenberch  kien TIJANI REIJNDERS li għeleb lil Marc Andre’ ter Stegen. Reazzjoni u pressjoni mill-Ġermanja li fit-38 minuta DENIZ UNDAV għeleb lil Bart Verbruggen għal 1 – 1. Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, pass ta’ Undav lejn JOSHUA KIMMICH għeleb lil Verbruggen għal riżultat ta’ 2 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Olanda kienu fuq l-offensiva fejn fil-51 minuta l-iskor sar 2 – 2 b’gowl ta’ DENZEL DUMFIES minn azzjoni ta’ Brian Brobbey. Riżultat li bih intemmet ukoll il-partita.

League B: Grupp 2

Ingilterra      2         Fillandja    0

Wara r-rebħa kontra l-Irlanda, l-Ingilterra ma fallietx kontra l-Fillandja b’żewġ gowls fit-tieni taqsima, b’Harry Kane protagonista.

Ma kien henn ebda gowl matul l-ewwel taqsima. L-Ingilterra marret fil-vantaġġ fis-57 minuta meta minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold u kien HARRY KANE li fil-mitt partita tiegħu għall-Ingilterra għeleb lil Lukas Hradecky . Kien mill-ġdid HARRY KANE li fis-76 minuta għamilhom 2 – 0 minn pass ta’ Noni Madueke, biex għalaq il-partita.

League B: Grupp 1

Albanija       0            Georgia  1       

Georgia kisbet it-tieni rebħa fil-grupp minn daqstant partit b’rebħa ta’ 4 – 1 kontra Repubblika Ceka, fil-konfront dirett bejn żewġ timijiet li kienu fil-fażi finali tal-EURO2024.

Ir-riżultat fi tmiem l-ewwel taqsima kien ta’ mingħajr gowls.

Il-gowl deciżiv kien skorjat minn GIORGI KOCHORASHVILI li għeleb lil Thomas Starkosha fil-71 minuta għal rebħa importanti għal Georgia barra minn darhom.