Lokali

Viċin il-miljun passiġġier jgħaddu mill-MIA f’Awwissu

Ritratt: Malta International Airport plc

L-Ajruport Internazzjonali Malti laqa’ total ta’ 983,182 passiġġier matul ix-xahar ta’ Awwissu.

Fid-dawl ta’ dan, ix-xahar ta’ Awwissu tal-2024 kien ikkonfermat bħala l-aktar wieħed impenjattiv tul l-istorja tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Minn informazzjoni illi ppubblika l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jidher illi l-istaġun tas-sajf ra żieda ta’ 14.3% fil-moviment tal-passiġġiera.

Barra minn hekk, l-ajruport Malti ra wkoll tkabbir ta’ 12.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet. B’din l-istess okkupanza tesperjenza żieda ta; 91.2%. B’din l-okkupanza tkun tal-ogħla livell li ntlaħaq sa mill-bidu tas-sena.

Intant, b’dawn l-istatistiċi l-aktar swieq importanti, li jinkludu l-Italja u r-Renju Unit baqgħu fl-istess livell- bir-Renju Unit tkun fuq nett tal-klassifika.

Dawn is-swieq kienu riżultat ta’ 45% tal-moviment tal-passiġġiera.

Min-naħa l-oħra, is-suq Ġermaniż qabeż dak Franċiż sabiex issa is-suq Franċiż ġie magħżul bħala t-tielet l-aktar suq importanti.

Ir-rapport juri li għall-ewwel darba minn Frar li għadda, Spanja sabet postha mill-ġdid bħala l-ħames l-aktar destinazzjoni importanti għall-ajruport ta’ Malta.

Ħarsa lejn Awwissu tal-2024

Total tat-Traffiku983,182 passiġġier
L-Aktar Suq Importanti           L-Italja (249,410 passiġġier)
L-Aktar Ajruport PopolariRuma, Fiumicino (58,782 passiġġier)
Moviment tal-Ajruplani           6,106 tluq u wasla
Postijiet Disponibbli fuq it-Titjiriet1,078,257 post
Is-Suq bl-Akbar Tkabbir (mill-aqwa 5)Ir-Renju Unit (25.0 fil-mija)
Tagħbija u Posta1,987 tunnellata
Traffiku mill-Bidu tas-Sena6,000,457 passiġġier (+16.3 fil-mija fuq l-2023)